Reġistrazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ
Stellini Club huwa maqsum f’żewġ kategoriji skont l-età:
- Stellini Kids Club – Għat-tfal sa 12-il sena.
- Stellini Teens Club – Għaż-żgħażagħ minn 13 sa 17-il sena.
Il-membri jistgħu jibbenefikaw minn prezzijiet ridotti fl-attivitajiet, rigali u benefiċċji oħra li toffri s-Soċjetà minn żmien għal żmien, skont il-kundizzjonijiet ta’ kull attività.
Kunsens tal-ġenitur jew kustodju legali
Għal tfal u żgħażagħ taħt it-18-il sena, ir-reġistrazzjoni għandha ssir bil-kunsens tal-ġenitur jew kustodju legali.
Imla d-dettalji tal-ġenitur jew kustodju darba, u żid profil separat għal kull wild. Permezz tas-sottomissjoni tal-formola, tikkonferma li għandek l-awtorità tagħti dan il-kunsens.
Għal informazzjoni dwar kif tinġabar u tintuża d-data personali, aqra l-Politika tal-Privatezza.